10 Maltese Expressions with ❤️
1. tgħidli qalbi.. (my heart tells me..)
tgħidli qalbi se tagħmel ix-xita llum! - something tells me it’s going to rain today!
2. qtajt qalbi - (I cut my heart)
qtajt qalbi minn kollox! - I give up from everything!
3. għal qalbi - (for my heart)
iċ-ċurkett tan-nanna vera qiegħed għal qalbi! - grandma’s ring is very important to me!
4. għamilt f'qalbi - (I made/did in my heart)
għamilt f'qalbi meta miet il-kelb - I was really sad when the dog died
5. qalbi tħabbat sitta sitta - (my heart beats six six)
kelli qalbi tħabbat sitta sitta meta waslu r-riżultati! - I was so anxious/excited when the results came in!
6. bla qalb - (without a heart)
dak ir-raġel bla qalb! - that man is just cruel!
7. qalb taz-zokkor - (a heart of sugar)
ħijja għandu qalb taz-zokkor! - my brother is so kind hearted!
8. niftaħ qalbi - (I open my heart)
ftaħt qalbi ma’ sħabi lbierah għax jifhmuni ħafna - I opened up to my friends yesterday because they understand me a lot
9. żammejt f’qalbi - (I kept in my heart)
żammejt f’qalbi wara l-inċident - I still remember/think about everything after the accident
10. qalbi ħebritni - (my heart informed me)
qalbi ħebritni li se nerbaħ! - it’s like I knew that I was going to win!









