Huwa tajjeb li nibdew nghallmu t-tfal minn eta' zghira t-talb bhas- 'Sliema', l- 'Qaddisa' u talb iehor li jinghad ta' spiss waqt il-quddiesa. Izda fil-verita...
- Kemm minn dawn it-tfal jafu x'qeghd jinghad waqt t-talb?
- Kemm minn dawn it-tfal jafu t-tifsira tal-kliem fit-talb?
- Kemm adulti jafu t-tifsira ta' dan it-talb li jkunu ilhom jghidu (enfasi fuq 'jghidu' - mhux jitolbu) tul hajjithom?
Sfortunatament, d-duttrina / l-muzew t-talb jigi mghallem bhal pappagall - bl-amment...u bil-kantaliena:
'Sliem ghalik Marija, biiiiiiiiiiiil-grazzja miiimlija...'
Personalment nahseb li din hija wahda mir-ragunijiet ghaliex certi nies ma jibqghux jitolbu u ma jibqghux imorru u jiehdu sehem fil-quddiesa. Filwaqt li hemm min jaghmel sens mit-talb meta jimmatura, hemm dawk li tant ikunu tghallmu jitolbu bl-amment - bhal-pappagall, li qas jindunaw li dak il-kliem fih nnifsu ghandu tifsira.
Hafna zghazagh li jmorru (mhux jiehdu sehem) il-quddiesa 'ghax ommi iggaghlni immur'... x'ha jigri la dawn iz-zghazagh ma jkollhomx min jisfurzhom biex imorru?
L-quddiesa fiha nnifisha hija talba - l-ikbar talba li wiehed jista jaghmel.
- Jekk wiehed ma jafx it-tifsir tat-talb... dan kif jista jkun jaf t-tifsira tal-quddiesa?
- Ghaliex hafna zghazagh m'ghadhomx jiehdu sehem fil- quddies?
- Ghaliex dawk li jmorru jiddeciedu li ma jiehdux sehem fil-quddies u joqoghdu bil-qeghda jilghabu bil-mobajl jew jaghmlu quddiesa shiha muti jew jaraw x'hin sar biex ifittxu jitilqu 'l barra?
Dawn huma mistoqsijiet li hafna jaghmlu, u filwaqt li kulhadd gmielu jibni t-teorija sofistikata tieghu sabiex ifittex jaghti spjegazzjoni, nahseb li t-twegiba hija wahda facli, semplici u fundamentali - Kull azzjoni u kull haga li tiswa ghal xi haga fiha tifsira... jekk ma fihiex tifsira, ma tiswa xejn u m'ghandha l-ebda sugu... u l-istess ghat-talb.