Prison break
Din is-sena ghall-ewwel darba bdejt nattendi il-kors 'Seven'.
Kors, fejn ammont sabih ta' zghazagh jattendu sabiex ifittxu twegiba ghal-mistoqsijiet taghhom relatati kemm mar-religjoni kif ukoll mal-hajja ta' kuljum.
Storja partikolari baqghet f'mohhi, u fuqha jien se nirrifletti;
Mela kien hemm tifel Lhudi - bla kwiet ta' xejn. Ix-xoghol tad-dar li kienu jaghtuh l-ghalliema kien ihallih ghall-ahhar u iktar kien hsiebu fil-kompjuter milli fl-iskola. Ommu u missieru ma kinux jafu x'ha jaqbdu jaghmlu biex iqanqlulu daqsxejn ta' nteress fl-iskola. Darba minnhom, waqt li din l-omm kienet qed tkellem mal- gara taghha, qajjmet dan is-suggett u l-gara taghha kienet pronta qaltilha biex tibghat lit-tifel fi skola tal-Knisja. L-omm, li ma kienx fadlilha iktar ghazla, bghatet lit-tifel fi skola tal-Knisja. L-ewwel gurnata l-iskola, giet u ghaddiet, u t-tifel flok mar jilghab bil-kompjuter, dlonk tela f'kamartu u beda l-homework. Ommu u missieru staghgbu mhux ftit b'din l-imgieba tat-tifel. Telghu hdejh u mimlijin kurzita saqsewh kif qabad u baqa sejjer dritt fuq xogholu. T-tifel kemmxejn nervuz irrisponda, 'X'ma naghmilx il-homework! Tafu li f'kull klassi hemm Lhudi msallab fuq salib?!'
Din l-istorja baqghet f'mohhi ghal bosta ragunijiet u fiha bosta punti fejn wiehed jista jieqaf jirrifletti. Dan l-Lhudi msallab, m'huwa hadd hlief Kristu nniffsu. It-tifel ckejken kien mbezzgha meta ra lil Kristu fuq is-salib u din il-biza halliet mpatt fuqu. Filwaqt li hass sens ta' biza go fih, din il-biza halliet impatt pozittiv fuqu.
Ahna naraw lil Kristu, bhala dak li gie fostna u garr fuq spallejh d-dnubiet taghna. Huwa li ssallab ghalina l-midinbin. Huwa li ha dnubietna, bata ghalina u sahansitra miet ghalina. Miet, habba fina - habba dnubietna. Huwa li miet u rxoxta sabiex isalvana - biex iharrabbna mill-hazen tax-xitan.
Bhalma l-biza li hass t-tifel halliet impatt pozittiva fuqu, hekk ukoll is-salib ghand jhalli mpatt pozittiv fuqna. Ghandna nibzghu minn Alla - nibzghu mid-dnub u l-hazen kollu li toffri din id-dinja materjali u bl-istess mhabba li Kristu miet ghalina, nhobbu lil dawk ta' madwarna. Ghandna naghtu lis-salib r-rispett li tant jisthoqqlu, nxandru u nghixu l-Kelma Mqaddsa t'Alla matul l-hajja taghna ta' kuljum biex permezz tal-Kelma Tieghu, nhallu mpatt pozittiv fuq l-hajja ta' kull min jiftah widnejh Ghaliha.









