Ħaġa moħġaġa
Ħadd wara Ħadd tasal ta' kull Ħadd, għal kulħadd u ta' kulħadd.
......
....
...
..
.
Il-Quddiesa tal-Ħadd!
Hija ta' kull Ħadd għax kull nhar ta' Ħadd wieħed għandu bi ħġaru jattendi u jagħti sehemu fil-quddies.
Hija għal kulħadd għax kulħadd huwa mistieden jagħmel parti minn din it-talba. Niftakru li Kristu fuq is-Salib miet għal kull wieħed u waħda minna.
Hija ta' kulħadd għax il-quddies għandna nagħmluha parti minn ħajjitna - parti mir-rutina tagħna.













